1 of 75

Sidna Ġesù Kristu-Sultan

tal-Ħolqien Kollu

2 of 75

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 75

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 75

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 75

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 75

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 75

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 75

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 75

Sidna Ġesù Kristu-Sultan

tal-Ħolqien Kollu

10 of 75

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Eżekjel

Eżek 34, 11-12.15-17

11 of 75

Dan jgħid Sidi l-Mulej: Arawni, hekk jien se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom.

12 of 75

Bħalma r-ragħaj jaħseb

fil-merħla tiegħu meta jsib ruħu f’nofs in-nagħaġ imxerrda tiegħu,

13 of 75

hekk naħseb jien

fin-nagħaġ tiegħi, u nsalvahom minn kull fejn xterdu fi żmien is-sħab u

s-swied tal-ajru.

14 of 75

Jiena stess nirgħa n-nagħaġ tiegħi, u jiena nserraħhom. Oraklu ta’ Sidi l-Mulej. Jiena nfittex il-mitlufa, irreġġa’ lura l-imxerrda,

15 of 75

ninfaxxa l-ġrieħi

tal-miġrugħa, u nqawwi

l-marida. Inħares is-smina u l-qawwija, u nirgħahom bil-ġustizzja.

16 of 75

Imma għalik, merħla tiegħi, hekk jgħid Sidi l-Mulej: Ara, jiena nagħmel ħaqq bejn nagħġa u nagħġa, bejn imtaten u bdabad.

17 of 75

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

18 of 75

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

Salm Responsorjali

19 of 75

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni;

f’mergħat kollha ħdura jqegħedni.

20 of 75

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

21 of 75

Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni;

hemm hu jrejjaqni.

Imexxini fit-triq tas-sewwa

minħabba l-isem tiegħu.

22 of 75

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

23 of 75

Int tħejji mejda għalija

quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi,

u l-kalċi tiegħi tfawwarli.

24 of 75

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

25 of 75

Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena

il-jiem kollha ta’ ħajti.

U ngħammar f’dar il-Mulej

sakemm indum ħaj!

26 of 75

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

27 of 75

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin

1 Kor 15, 20-26.28

28 of 75

Ħuti, Kristu kien imqajjem tassew mill-imwiet,

l-ewwel frott fost dawk li raqdu.

29 of 75

Għaliex, jekk permezz ta’ bniedem feġġet il-mewt, bi bniedem ukoll iseħħ

il-qawmien mill-imwiet.

30 of 75

Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu.

31 of 75

Imma kulħadd skond kif imissu; jibda l-ewwel frott li hu Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu, f’jum

il-miġja tiegħu.

32 of 75

Imbagħad it-tmiem, meta Kristu jerħi s-saltna f’idejn Alla l-Missier, wara li jkun qered kull ħakma u kull setgħa u kull qawwa.

33 of 75

Għax jeħtieġ li hu jsaltan sa ma jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh. L-aħħar għadu li jinqered tkun

il-Mewt.

34 of 75

U meta kollox ikun imqiegħed taħtu,

35 of 75

imbagħad l-Iben stess jitqiegħed taħt Dak li jkun qegħedlu kollox taħtu, sabiex Alla jkun kollox f’kollox.

36 of 75

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

37 of 75

Hallelujah, Hallelujah

38 of 75

Mbierek min ġej f’isem

il-Mulej!

Mbierka s-Saltna li ġejja ta’ David missierna!

39 of 75

Hallelujah, Hallelujah

40 of 75

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 25, 31-46

R:/ Glorja lilek Mulej

41 of 75

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

42 of 75

“Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.

43 of 75

U quddiemu jinġabru

l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred

in-nagħaġ mill-mogħoż:

44 of 75

in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u

l-mogħoż fuq ix-xellug.

45 of 75

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu:

46 of 75

‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa

mill-ħolqien tad-dinja.

47 of 75

‘Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni,

kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni,

48 of 75

kont marid u ġejtu tarawni,

kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni’.

49 of 75

Imbagħad iweġbuh

il-ġusti:

‘Mulej, meta rajniek

bil-ġuħ u tmajniek,

jew bil-għatx u sqejniek?

50 of 75

Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? Meta rajniek marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?’.

51 of 75

U s-Sultan iweġibhom u jgħid:

‘Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti,

52 of 75

għamiltuh miegħi”.

Imbagħad jgħid ukoll lil dawk ta’ fuq ix-xellug: ‘Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta’ dejjem

53 of 75

li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu.

54 of 75

Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix,

kont bil-għatx u ma sqejtunix,

55 of 75

kont barrani u ma lqajtunix,

kont għeri u ma libbistunix,

56 of 75

kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni!”.

57 of 75

Imbagħad huma wkoll iweġbuh:

‘Mulej, meta rajniek

bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri,

58 of 75

jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?’.

Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom:

59 of 75

“Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma’ wieħed min dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh’.

60 of 75

U dawn imorru fit-tbatija ta’ dejjem u l-ġusti

fil-ħajja ta’ dejjem”.

61 of 75

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

62 of 75

Sidna Ġesù Kristu-Sultan

tal-Ħolqien Kollu

63 of 75

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

64 of 75

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

65 of 75

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

66 of 75

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

67 of 75

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

68 of 75

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

69 of 75

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

70 of 75

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

71 of 75

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

72 of 75

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

73 of 75

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

74 of 75

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

75 of 75