1 of 50

9 ta’ Mejju-Festa �San Ġorġ Preca Saċerdot u fundatur ta’ M.U.S.E.U.M.���

2 of 50

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 50

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 50

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 50

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 50

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 50

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 50

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 50

9 ta’ Mejju-Festa �San Ġorġ Preca Saċerdot u fundatur ta’ M.U.S.E.U.M.���

10 of 50

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju.2 Tim 2, 1-11

11 of 50

Int mela, ibni, qawwi ruħek fil-grazzja li hi fi Kristu Ġesù, u kull ma smajt mingħandi quddiem ħafna xhieda,

12 of 50

għaddih lil nies ta’ fiduċja, li huma stess ikollhom

il-ħila jgħallmuh ukoll

lill-oħrajn.

13 of 50

Bati inti wkoll miegħi bħala suldat tajjeb ta’ Kristu Ġesù.

14 of 50

Ebda suldat taħt l-armi, jekk irid jogħġob lil min daħħlu fis-servizz, ma jindaħal f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja ċivili.

15 of 50

Hekk ukoll l-atleta ma jihux il-premju jekk ma jkunx mexa skont ir-regoli.

16 of 50

Il-bidwi li jitħabat għandu jkun l-ewwel wieħed li jieħu mill-frott. Ifhem x’qiegħed ngħidlek; il-Mulej jagħtik li tifhem kollox.

17 of 50

Ftakar f’Ġesù Kristu, li qam mill-imwiet, li hu min-nisel ta’ David, skont

l- Evanġelju li ħabbart jien.

18 of 50

Għalih jien qiegħed inbati sa l-irbit tal-ktajjen bħallikieku għamilt xi delitt. Imma l-Kelma ta’ Alla m’hijiex marbuta.

19 of 50

Għalhekk kollox nieħu

bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li Alla għażel, biex huma wkoll jiksbu

s-salvazzjoni,

20 of 50

li hi ta’ glorja għal dejjem fi Kristu Ġesù.

21 of 50

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

22 of 50

Salm Responsorjali

R:/ Għallimni, Mulej,

it-triq tal-kmandamenti tiegħek

23 of 50

Għallimni, Mulej, it-triq

tal-kmandamenti tiegħek:

jiena rrid nibqa’ fiha sa

l-aħħar.

24 of 50

Fehemni biex inħares

il-liġi tiegħek

u nagħmilha b’qalbi kollha.

25 of 50

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

26 of 50

Mexxini mill-mogħdija

tal-kmandamenti tiegħek,

għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi.

27 of 50

Iġbidli qalbi lejn

il-preċetti tiegħek,

u mhux lejn ir-regħba.

28 of 50

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

29 of 50

Tħallix lil għajnejja jħarsu lejn il-frugħa;

agħtini l-ħajja bil-kelma tiegħek.

30 of 50

Żomm il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek, li int għamilt ma’ dawk li jibżgħu minnek.

31 of 50

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

32 of 50

Warrab minni l-għajb li nibża’ minnu,

għax tajbin huma d-digrieti tiegħek.

33 of 50

Ara kif jiena mxennaq

għall-preċetti tiegħek;

fil-ġustizzja tiegħek agħtini

l-ħajja.

34 of 50

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

35 of 50

Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej, u s-salvazzjoni tiegħek skont il-wegħda tiegħek.

36 of 50

Imbagħad nagħti tweġiba lil min jgħajjarni,

għax jien nafda fil-kelma tiegħek.

37 of 50

R. Għallimni, Mulej,

it-triq tal-Kmandamenti tiegħek.

38 of 50

Hallelujah, Hallelujah

39 of 50

Min iħares il-kmandamenti u jgħallimhom lill-oħrajn dan kbir jissejjaħ fis-Saltna

tas-Smewwiet.

40 of 50

Hallelujah, Hallelujah

41 of 50

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 16, 14a. 15-20

R:/ Glorja lilek Mulej

42 of 50

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu

lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda. U qalilhom:

43 of 50

“Morru fid-dinja kollha,

xandru l-Evanġelju

lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva;

44 of 50

iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu:

45 of 50

f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom,

46 of 50

u jekk jixorbu xi xorb li jġib

il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

47 of 50

U hekk il-Mulej Ġesù, wara

li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa

tal-lemin t’Alla.

48 of 50

Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.

49 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

50 of 50

9 ta’ Mejju-Festa �San Ġorġ Preca Saċerdot u fundatur ta’ M.U.S.E.U.M.���