1 of 42

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin

1, Kor 6, 1-11

2 of 42

Ħuti, hemm xi ħadd fostkom li, meta jkollu xi jgħid ma’ ħaddieħor,

3 of 42

għandu l-ħila jfittex

il-ġustizzja għand

il-pagani u mhux għand

il-qaddisin?

4 of 42

Jaqaw ma tafux li

l-qaddisin għad jagħmlu ħaqq mid-dinja?

U jekk id-dinja għad irid isirilha ħaqq minnkom,

5 of 42

ma jixirqilkomx intom tagħmlu ħaqq minn ħwejjeġ ta’ xejn?

Ma tafux li aħna għad nagħmlu ħaqq mill-anġli?

6 of 42

Kemm iktar, mela,

mill-ħwejjeġ ta’ din il-ħajja!

Mela, meta intom ikollkom xi tgħidu bejnietkom fuq

ħwejjeġ ta’din il-ħajja,

7 of 42

tqegħdux imħallfin lil dawk li huma mistmerra

mill-Knisja!

8 of 42

Dan qiegħed ngħidu

għall-mistħija tagħkom! Jaqaw ma għandkomx

fostkom xi ħadd għaref li jista jagħmel ħaqq bejn l-aħwa?

9 of 42

Imma l-aħwa jħarrku ’l xulxin, u dan quddiem

il-pagani!

10 of 42

U mhux ġa nuqqas għalikom li jkollkom kawżi bejnietkom?

11 of 42

L-għala ma ssofrux

l-inġustizzja? L-għala ma tagħżlux li tħallu min

iqarraq bikom?

12 of 42

Mhux dan biss, imma

l-inġustizzja tagħmluha intom stess, u tqarrqu

bl-oħrajn, u dan lil ħutkom!

13 of 42

Ma tafux li l-inġusti ma jirtuhiex is-saltna ta’ Alla? La titqarrqux!

14 of 42

La żienja, la idolatri,

la adulteri, la effeminati,

la omosesswali, la ħallelin, la rgħiba, la skaren,

15 of 42

la qassiesa fuq in-nies, la ħattafa, ma jirtu s-saltna ta’ Alla!

U minn dawn kienu xi wħud minnkom.

16 of 42

Imma issa tnaddaftu, tqaddistu u ġejtu ġġustifikati fl-isem ta’ Sidna Ġesù Kristu u fl-Ispirtu ta’ Alla tagħna.

17 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

18 of 42

R./ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

Salm Responsorjali

19 of 42

Għannu lill-Mulej

għanja ġdida:

fil-ġemgħa ta’ ħbiebu

t-tifħir tiegħu!

20 of 42

Ħa jifraħ Iżrael

bil-Ħallieq tiegħu,

u jithennew ulied Sijon

bis-sultan tagħhom!

21 of 42

R./ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

22 of 42

Ħa jfaħħru biż-żfin

l-isem tiegħu,

bid-daqq tat-tanbur

u taċ-ċetra!

23 of 42

Għax il-Mulej jitgħaxxaq

bil-poplu tiegħu,

u jsebbaħ lill-fqajrin

bir-rebħa.

24 of 42

R./ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

25 of 42

Bil-glorja jithennew ħbiebu,

u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

26 of 42

It-tifħir ta’ Alla jkun

fuq fommhom,

dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.

27 of 42

R./ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

28 of 42

Hallelujah, Hallelujah

29 of 42

Jien għażilt lilkom,

jgħid il-Mulej, u ħtartkom

biex tmorru tagħmlu l-frott

u l-frott tagħkom jibqa’.

30 of 42

Hallelujah, Hallelujah

31 of 42

Hallelujah, Hallelujah

32 of 42

Qari mill-Evanġelju skont �San Luqa

Lq 6, 12-19

R:/ Glorja lilek Mulej

33 of 42

Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda

l-lejl fit-talb lil Alla.

34 of 42

Meta sebaħ, sejjaħ lejh

id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax,

li semmiehom appostli:

35 of 42

Xmun, li semmieh Pietru,

u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ,

36 of 42

Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda

l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.

37 of 42

Imbagħad niżel magħhom

u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli,

38 of 42

u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon.

39 of 42

Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom

mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat mill-ispirti mniġġsa kien ifiq;

40 of 42

u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd.

41 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

42 of 42