1 of 39

Qari mill-Ewwel Ktieb

ta’ Samwel

1 Sam 15, 16-23

2 of 39

F’dak iż-żmien, Samwel qal lil Sawl:

“Biżżejjed! Ħalli nuri x’qalli l-Mulej dal-lejl.”

3 of 39

“Tkellem!”

qallu dak. U Samwel qal:

“Jaqaw mhux veru li, għalkemm int kont ċkejken f’għajnejk stess,

4 of 39

int sirt prinċep fuq

it-tribujiet ta’ Iżrael, u

l-Mulej dilkek sultan ta’ Iżrael? U l-Mulej bagħtek fi triqtek u qallek:

5 of 39

‘Mur u eqred dawk

il-midinbin,

l-Għamalekin; aħbat għalihom sakemm teqridhom għalkollox.’

6 of 39

L-għala, mela, ma smajtx mill-kelma tal-Mulej, u nxtħett fuq il-priża u għamilt il-ħażin f’għajnejn il-Mulej?”

7 of 39

U Sawl wieġeb lil Samwel:

8 of 39

“Jien smajt mill-kelma

tal-Mulej! U qbadt it-triq li fiha bagħatni l-Mulej, ġibt miegħi lil Agag, sultan ta’ Għamalek,

9 of 39

u qridt l-Għamalekin.

Il-poplu ħa mill-priża nagħaġ ubaqar, l-aħjar minn dawk li kienu mitluqa għall-qerda,

10 of 39

biex joffrihom lill-Mulej, Alla tiegħek, f’Gilgal.”

U Samwel wieġeb:

11 of 39

“Jaqaw il-Mulej jogħġbuh il-vittmi tal-ħruq u

s-sagrifiċċji aktar

mis-smigħ tal-kelma

tal-Mulej?

12 of 39

Ara, l-ubbidjenza hi aqwa

mis-sagrifiċċji; is-smigħ, aħjar mix-xaħam

tal-muntun.

13 of 39

Ir-ribelljoni daqs id-dnub tas-seħer, u li twebbes rasek daqs il-ħażen

tal-qima tax-xbihat.

14 of 39

Għax int warrabt il-kelma

tal-Mulej, hu se jwarrab lilek minn sultan!”

15 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 39

R:/ Min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla

Salm Responsorjali

17 of 39

“Ma nċanfrekx

għas-sagrifiċċji tiegħek;

il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi.

18 of 39

Ma neħtieġ ebda għoġol minn tiegħek,

jew gidien mill-imrieħel tiegħek.”

19 of 39

R:/ Min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla

20 of 39

Lill-ħażin, imma, Alla jgħidlu:

“Kif titkellem fuq

il-kmandamenti tiegħi,

21 of 39

u żżomm fuq xufftejk

il-patt tiegħi,

int, li tobgħod it-twiddib,

u tixħet kliemi wara dahrek?”

22 of 39

R:/ Min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla

23 of 39

Dan int għamilt, u jien bqajt sieket;

forsi ħsibt li jiena bħalek.

Issa se nċanfrek, u dan kollu nqiegħed quddiemek.

24 of 39

Min iroddli sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, dan isebbaħni;

lil min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla.”

25 of 39

R:/ Min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla

26 of 39

Hallelujah, Hallelujah

27 of 39

Il-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija,

tgħarbel il-ħsibijiet u

l-fehmiet tal-qalb.

28 of 39

Hallelujah, Hallelujah

29 of 39

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 2, 18-22

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 39

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù:

31 of 39

“Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli

tal-Fariżej isumu, u

d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”

32 of 39

Qalilhom Ġesù:

33 of 39

“Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom mhumiex se jsumu.

34 of 39

Imma jasal il-jum meta

l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar.

35 of 39

Ħadd ma jraqqa’ mantar qadim b’biċċa drapp ġdida, għax inkella

r-roqgħa l-ġdida ssellet

il-qadim, u t-tiċrita tikber.

36 of 39

U ħadd ma jqiegħed

l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid jifqa’

d-damiġġani,

37 of 39

u jintilef kemm l-inbid u kemm id-damiġġani.

Iżda nbid ġdid jitqiegħed f’damiġġani ġodda!”

38 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

39 of 39