Qari mit-Tieni Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lil Timotju�2 Tim 4, 1-8�
Għażiż, nitolbok bil-ħerqa, quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jagħmel ħaqq mill-ħajjin u
mill-mejtin,
f’isem id-Dehra tiegħu u
s-Saltna tiegħu:
xandar il-kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu,
ċanfar, widdeb, wissi,
bis-sabar kollu u bit-tagħlim.
Għax għad jiġi żmien meta għat-tagħlim tajjeb ma jibqgħalhomx sabar,
iżda widnejhom jikluhom u jiġbru madwarhom qabda
mgħallmin skont ma jixtiequ,
u jwarrbu widnejhom
mis-sewwa biex jiġġerrew wara l-ħrejjef. Imma int oqgħod dejjem b’għajnejk miftuħa,
stabar fit-tiġrib, agħmel ħidma ta’ evanġelista, aqdi sewwa l-ministeru tiegħek.
Ngħid għalija, demmi ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal.
Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist
il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja,
li biha f’dak il-Jum iħallasni
l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu
fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej�R/. Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Fommi jxandar
il-ġustizzja tiegħek
Salm Responsorjali
Mimli fommi b’tifħirek,
u b’sebħek il-jum kollu.
Twarrabnix meta nasal għax-xjuħija;
titlaqnix meta tħallini saħħti.
R:/ Fommi jxandar
il-ġustizzja tiegħek
Imma jien nibqa’ dejjem nittama,
u nkattar tifħirek kollu.
Fommi jxandar
il-ġustizzja tiegħek,
il-jum kollu l-għemejjel tal-għajnuna tiegħek.
R:/ Fommi jxandar
il-ġustizzja tiegħek
Nersaq quddiem il-kobor tiegħek, Mulej Sidi,
biex il-ġustizzja tiegħek waħdek inxandar.
O Alla, sa minn żgħożiti int għallimtni;
u jien s’issa għadni nxandar għeġubijietek.
R:/ Fommi jxandar
il-ġustizzja tiegħek
U jiena nfaħħrek bl-arpa
għall-fedeltà tiegħek,
Alla tiegħi;
ngħannilek biċ-ċetra, Qaddis ta’ Iżrael.
R:/ Fommi jxandar
il-ġustizzja tiegħek
Hallelujah, Hallelujah
Henjin il-foqra fl-ispirtu,
għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mark
Mk 12, 38-44
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù, hu u jgħallem lin-nies fit-tempju qalilhom:
“Iftħu għajnejkom
mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi
twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez,
u fis-sinagogi joqogħdu
fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin
fil-pranzijiet; iberbqu
ġid ir-romol,
u mbagħad għal wiċċ
in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa.”
Kien qiegħed biswit
it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor.
Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna. Resqet waħda armla fqira u tefgħet biċċtejn żgħar, jiġifieri xi ftit ċenteżmi.
Hu sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom:
“Tassew ngħidilkom, li din
l-armla fqira tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor.
Għax dawk kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha,
tefgħet kulma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu