Sena A
Is-Sitt Ħadd
tal-Għid
“Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti,
jgħid il-Mulej;
u Missieri jħobbu,
u aħna niġu
u ngħammru għandu.”
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Sena A
Is-Sitt Ħadd
tal-Għid
“Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti,
jgħid il-Mulej;
u Missieri jħobbu,
u aħna niġu
u ngħammru għandu.”
Qari I
Qiegħdu idejhom fuqhom, u huma rċevew l-Ispirtu s-Santu.
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli. 8, 5-8.14-17
F’dak iż-żmien,
Filippu niżel
f’belt tas-Samarija
u xandar lil Kristu
lin-nies tagħha.
Il-folol tan-nies
b’fehma waħda
kienu joqogħdu attenti għal dak li kien jgħidilhom Filippu,
meta kienu jisimgħuh
u jaraw il-mirakli
li kien jagħmel.
Kien hemm
nies maħkuma
mill-ispirti ħżiena,
u dawn b’għajat kbir
kienu joħorġu
minn ħafna minnhom;
u ħafna nies oħrajn,
mifluġa jew zopop,
kienu jitfejqu.
U kien hemm
ferħ kbir f’dik il-belt.
L-appostli,
li kienu Ġerusalemm, semgħu li s-Samarija laqgħet il-kelma ta’ Alla,
u bagħtu hemm
lil Pietru u lil Ġwanni.
Dawn niżlu
hemm u talbu
biex dawk li emmnu jirċievu
l-Ispirtu s-Santu;
għax l-Ispirtu s-Santu
kien għadu ma niżel
fuq ħadd minnhom,
imma kienu
tgħammdu biss
f’isem il-Mulej Ġesù.
Imbagħad l-appostli
qiegħdu idejhom fuqhom,
u huma rċevew
l-Ispirtu s-Santu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
65 (66), 1-3a.4-5. 6-7a.16.20.
℟. Għajtu bil-ferħ lil Alla,
bnedmin tad-dinja kollha.
Għajtu bil-ferħ lil Alla,
bnedmin tad-dinja kollha;
għannu s-sebħ ta’ ismu,
xandru s-sebħ
u t-tifħir tiegħu.
Għidu lil Alla:
«Kemm int tal-biża’ f’għemilek!
℟. Għajtu bil-ferħ lil Alla,
bnedmin tad-dinja kollha.
«L-art kollha
tagħtik qima,
tgħannilek
u tgħanni lil ismek.»
Ejjew, araw
l-għemejjel ta’ Alla;
tal-biża’ f’għemilu
fost il-bnedmin.
℟. Għajtu bil-ferħ lil Alla,
bnedmin tad-dinja kollha.
Biddel il-baħar
f’art niexfa,
għaddew bil-mixi
minn nofs ix-xmara.
Għalhekk, nifirħu bih!
Hu jsaltan
bil-kobor tiegħu
għal dejjem.
℟. Għajtu bil-ferħ lil Alla,
bnedmin tad-dinja kollha.
Ejjew, isimgħu,
u ngħidilkom,
intom ilkoll
li tibżgħu minn Alla,
ngħidilkom
x’għamel miegħi.
Imbierek Alla,
li ma warrabx
it-talba tiegħi;
ma warrabx minn fuqi
t-tjieba tiegħu!
℟. Għajtu bil-ferħ lil Alla,
bnedmin tad-dinja kollha.
Qari II
Ġie mogħti għall-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fir-ruħ.
Qari mill-Ewwel Ittra
ta’ San Pietru Appostlu. 3, 15-18
Għeżież,
lill-Mulej Kristu
qaddsu f’qalbkom.
Kunu dejjem lesti
biex tagħtu tweġiba
lil kull min jitlobkom
il-għala tat-tama
li għandkom.
Imma wieġbu
bil-ħlewwa u bir-rispett.
Żommu safja
l-kuxjenza tagħkom biex,
meta jgħidu fuqkom,
dawk stess li jkasbru
l-imġiba tajba
tagħkom fi Kristu
jkollhom għalxiex jistħu.
Jekk din tkun
ir-rieda ta’ Alla,
aħjar tbati
għax tkun għamilt it-tajjeb milli għax tkun
għamilt il-ħażin.
Għax Kristu wkoll
miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet;
hu li kien ġust,
miet għall-inġusti
biex iressaqkom lejn Alla;
kien mogħti
l-mewt fil-ġisem,
imma ħa l-ħajja fl-ispirtu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah
Hallelujah
Ara Ġwanni 14, 23
Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti,
jgħid il-Mulej;
u Missieri jħobbu,
u aħna niġu
u ngħammru għandu.
Hallelujah
Hallelujah
Evanġelju
Jiena nitlob il-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor.
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Ġwann. 14, 15-21
F’dak iż-żmien,
Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
«Jekk tħobbuni,
ħarsu
l-kmandamenti tiegħi.
«U jiena
nitlob lill-Missier,
«u hu jagħtikom
Difensur ieħor
biex jibqa’ magħkom
għal dejjem,
«l-Ispirtu tal-verità,
li d-dinja
ma tistax tirċevih,
għax hija la tarah
u lanqas tagħrfu.
«Iżda intom tagħrfuh,
għaliex jgħammar magħkom,
u huwa fikom.
«Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom.
«Ftit ieħor, u d-dinja
ma taranix aktar.
«Iżda intom
għad tarawni,
għax jiena ngħix,
«u intom ukoll
għad tgħixu.
«F’dak il-jum
intom tagħrfu
li jiena f’Missieri,
u intom fija
u jiena fikom.
«Min iżomm
il-kmandamenti tiegħi
u jħarishom,
dak hu li jħobbni;
«u min iħobb lili,
iħobbu wkoll il-Missier,
u jiena wkoll inħobbu
u nurih lili nnifsi.»
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Sena A
Is-Sitt Ħadd
tal-Għid
“Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti,
jgħid il-Mulej;
u Missieri jħobbu,
u aħna niġu
u ngħammru għandu.”
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Sena A
Is-Sitt Ħadd
tal-Għid
“Jekk xi ħadd iħobbni,
iħares kelmti,
jgħid il-Mulej;
u Missieri jħobbu,
u aħna niġu
u ngħammru għandu.”