Imla din il-formola sabiex tipparteċipa fl-edizzjoni ta' Żanżan Kelma (ŻK) 2026, spelling bee għat-tfal li għandhom bejn 8 snin u 13-il sena.
Il-kompetizzjoni se tinqasam fi tliet kategoriji:
Kategorija A: Bejn 8 u 9 snin (Y3-Y4 l-Iskola)
Kategorija B: Bejn 9 u 10 snin (Y5-Y6 l-Iskola)
Kategorija Ċ: Bejn il-11 u t-13-il sena (Y7-Y9 l-Iskola)
Il-kliem tal-kategoriji taż-żgħar se jkun eħfef mill-kliem li l-kbar iridu jispellu.
Din is-sena, se nkomplu nespandu l-inizjattiva tagħna billi nerġgħu norganizzaw it-tliet sessjonijiet ta’ preparazzjoni fuq l-ortografija matul ix-xhur tas-sajf (Lulju – Settembru 2026). Dawn is-sessjonijiet għandhom l-għan li jgħinu lit-tfal li qegħdin bejn it-3 u d-9 sena tal-iskola sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom fl-ortografija bil-Malti, qabel is-semifinali u l-finali li huma skedati għal Ottubru. Dawn is-sessjonijiet se jseħħu ONLINE. Biex tieħu sehem fis-semifinali u l-finali, m'hemmx għalfejn tkun attendejt is-sessjonijiet preparatorji, u jekk tiddeċiedi tattendi, m'hemmx għalfejn tirreġistra għal kollha kemm huma.
Intom qed timlew din il-formola u tirreġistraw it-tfal tagħkom għas-semifinali u l-finali, u l-interess tagħkom għas-sessjonijiet tas-sajf. Ladarba jkollna kollox konfermat, nibagħtulkom email bl-informazzjoni kollha relevanti għal dawn it-tliet sessjonijiet.
Is-semifinali għandha ssir fl-24 ta' Ottubru 2026 (POST IMĦABBAR AKTAR TARD), u l-finali fil-25 ta' Ottubru 2026 ġewwa l-Università
l-Antika fil-Belt Valletta.
Il-parteċipanti u r-rebbieħa li ħadu sehem fis-snin preċedenti jistgħu jerġgħu jieħdu sehem. Il-parteċipanti kollha jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, u se jkun hemm ukoll rigali sbieħ x’jintrebħu!
Il-parteċipanti mhumiex se jingħataw lista ta' kliem minn qabel biex jistudjawha imma jridu jkunu preparati għal kollox. Nitolbukom tavżawna f'każ li l-parteċipant ikollu xi impediment fit-taħdit jew impediment ieħor ħalli nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa. Nitolbukom taqraw id-dokument tar-
REGOLAMENTI UFFIĊJALI (DOKUMENT TA' REGOLAMENTI) qabel tapplikaw sabiex kollox ikun ċar għalikom u għal uliedkom.
Aktar dettalji fuq l-attività fuq Facebook.