Żanżan Kelma 2024
Imla din il-formola sabiex tipparteċipa fl-edizzjoni ta' Żanżan Kelma (ŻK) 2024, spelling bee għat-tfal li għandhom bejn 8 snin u 13-il sena.

Il-kompetizzjoni se tinqasam f'żewġ kategoriji: 
Kategorija A: Bejn it-8 u 10 snin (Y3-Y6 l-Iskola)
Kategorija B: Bejn il-11 u t-13-il sena (Y7-Y9 l-Iskola)

Il-kliem tal-kategorija taż-żgħar se jkun eħfef mill-kliem li l-kbar iridu jispellu.

Is-semifinali għandha ssir fl-20 ta' Settembru fl-Aġenzija Żgħażagħ Santa Venera fil-5pm, u l-finali fit-22 ta' Settembru filgħaxija. Il-ħin u l-post se jkunu kkonfermati 'l quddiem. L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-15 ta' Settembru 2023. 

ŻK hija attività anċillari għall-Jum Ewropew tal-Lingwi f'Malta li jiġi ċċelebrat fil-25 ta' Settembru.

Il-parteċipanti u r-rebbieħa li ħadu sehem fis-snin preċedenti jistgħu jerġgħu jieħdu sehem. Il-parteċipanti mhumiex se jingħataw lista ta' kliem minn qabel biex jistudjawha imma jridu jkunu preparati għal kollox. Nitolbukom tavżawna f'każ li l-parteċipant ikollu xi impediment fit-taħdit jew impediment ieħor ħalli nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa.

Aktar dettalji fuq l-attività fuq Facebook.
Sign in to Google to save your progress. Learn more
Email *
Isem u kunjom il-parteċipant/a *
Età tal-parteċipant sat-22 ta' Settembru 2024
*
Is-sena tal-Iskola tal-parteċipant 
(Sena Akkademika 2023-2024)
*
Numru ta' kuntatt
*
Kummenti jew mistoqsijiet
Billi timla din il-formola qiegħed/qiegħda tikkonferma li tagħti permess li jittieħdu ritratti tat-tifel/tifla tiegħek waqt l-attività Żanżan Kelma. B'hekk inti tkun qed tifhem u taċċetta li dawn ir-ritratti jistgħu jidhru fuq il-mezzi soċjali tal-Għaqda, primarjament Facebook u Instagram. 
*
Tixtieq li tordna l-ktieb L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma? Dan se jkun qed jinbiegħ bi prezz speċjali ta' €6.00 għall-parteċipanti ta' Żanżan Kelma 2024!
*
 L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma
A copy of your responses will be emailed to the address you provided.
Submit
Clear form
Never submit passwords through Google Forms.
reCAPTCHA
This form was created inside of Għaqda tal-Malti - Università. Report Abuse